Lanqas l-ispazju m’ghandu limitu.
Kemm-il darba smajniha li ghall-imhabba m’hemm l-ebda limitu u issa anke l-qamar jista’ jintlahaq biex wiehed jghid lill-mahbuba tieghu li jhobbha u li jrid jizzewwigha.
Nicolas Garreau li ghandu l-kumpanija “Apoteo Surprise” li toffri madwar 30 mod uniku kif jistghu jsiru proposti ghaz-zwieg f’Parigi, qal lil inewsmalta li fi Franza ghandhom qawl li jghid li jekk tkun thobb lil xi hadd tkun lest li tnizzlilha l-qamar mis-sema (unhook the moon from the sky) u dak li prova jwettaq.
Nicolas Garreau li ghandu l-kumpanija “ApoteoSurprise” li toffri madwar 30 mod uniku kif jistghu jsiru proposti ghaz-zwieg f’Parigi, qal lil inewsmalta li fi Franza ghandhom qawl li jghid li jekk tkun thobb lil xi hadd tkun lest li tnizzlilha l-qamar mis-sema (unhook the moon from the sky) u dak li prova jwettaq.
“Digà noffri li wiehed jipproponi permezz ta’ xow fl-ajru bejn erba’ ajruplani li jpingu fis-sema ta’ Parigi qalb bid-duhhan. Imma issa kien wasal iz-zmien biex nitilghu aktar ’il fuq, ridt nilhaq l-istilel,” qal Garreau.
Il-kumpanija Apoteo Surprise minn din is-sena qeghdin joffru mod aktar originali minn hekk, kif wiehed jista’ jipproponi lill-mahbuba tieghu fuq il-qamar.
U ghalhekk lanqas il-qamar m’ghadu limitu ghall-inqas jekk ikollok €4,990 x’tonfoq. Fil-fatt, illum klijent ta’ Apoteo Surprise, ragel Franciz ta’ 35 sena se jkun qieghed jipproponi lit-tfajla tieghu biex issir martu fl-ispazju f’altitudni ta’ 30 kilometru.
Il-vjagg fl-ispazju se jkun iffilmjat kollu mit-tluq ghall-wasla tal-messagg fl-istratosfera. Ritratt tal-koppja bil-messagg: Vanessa, trid tizzewwigni? Se tkun imqabbda ma’ buzzieqa mimlija bil-helium u tintefa’ fis-sema minn nies professjonali fil-qasam ta’ esplorazzjoni spazjali.
Il-messagg ta’ mhabba mistenni jasal f’altitudni ta’ 30 kilometru wara tliet sighat mit-tluq u l-ahhar parti tal-vidjo mistenni jkun il-blu tad-dinja. Hawnhekk il-buzzieqa tinfaqa’ u jinfetah paraxut u l-apparat tal-vidjo jerga’ jaqa’ fid-dinja. Wara jsir editjar tal-filmat, biex l-gharus ikun jista’ jurih lit-tfajla tieghu.
Garreau qal li jekk xi haga tmur hazina, ghandhom numru ta’ apparat simili li jkunu jistghu juzaw minflok. Madankollu, qal li din is-sistema ppruvawha f’test wiehed li sar u li kollox mexa sew. “Haga wahda hemm certa, li jekk wiehed jordna l-pakkett tal-ispazju, il-klijent se jkollu certezza mija fil-mija li se jircievi DVD bil-film ta’ dak li gara mit-tluq tal-buzzieqa fl-ispazju u se jkun cert li l-messagg tieghu lahaq l-istratosfera,” kompla Garreau.
Garreau jsemmi numru ta’ pakketti romantici ohrajn li ghandhom biex isir il-proponament ghaz-zwieg, kollha f’Parigi s’intendi l-belt tal-imhabba. Fost dawn hemm karozella ta’ Cinderella li tghaddi minn hdejn il-Moulin Rouge u li minnha tohrog iz-zarbuna ta’ Cinderella bil-messagg, jew bil-messagg jidher permezz ta’ zewg ajruplani zghar li jtiru fuq Notre Dame, kif ukoll qalb 1,000 warda f’ikla esklussiva fuq jott fuq ix-xmara Seine. Il-prezzijiet ta’ dawn ivarjaw bejn €490 u €15,900.
